Lura f'April li għadda l-Konkors Kanzunetta Indipendenza ħabbru li fetħu l-applikazzjonijiet u mistennija jibqgħu miftuħin sal-Ħamis 30 ta' Mejju 2024. Dan ifisser li fadal biss erbat ijiem ċans biex kantanti flimkien mal-kompożituri u l-awturi japplikaw.

Intant, il-konkors mistenni jseħħ ġewwa l-Belt Valletta f'Dar il-Mediterran, nhar il-Ħadd 8 ta' Settembru 2024. Dawk interessati sabiex japplikaw fadlilhom sa nhar il-Ħamis biex jissottomettu l-kanzunetta tagħhom hawn.

Il-KKI huwa konkors mistenni sena wara sena. Fl-aħħar edizzjoni li ttellgħet, Eliana Gomez Blanco rebħet l-ewwel post bil-kanzunetta Kannizzata. Awguri lill-artisti kollha li ser jipparteċipaw!

Facebook/ Konkors Kanzunetta Indipendenza (KKI)


Kyle Zarb