Speċjalment aħna n-nisa, meta niftħu l-gwardarobba dejjem ngħidu, “uff m’għandi xejn x’nilbes!” Però fil-verità ikollna ħafna u ħafna ħwejjeġ u wħud minnhom ikunu għadhom bit-tikketta. L-għalliema tal-arti minn New Jersey, Julia Mooney iddeċidiet li tagħmel xi ħaġa għal din ix-xiri kollu mingħajr bżonn!

View this post on Instagram

A post shared by Julia Mooney OneOutfit100Days (@oneoutfit100days) on

Hija ddeċidiet li għal mitt ġurnata tilbes l-istess libsa! Meta titħammeġ taħsilha u meta titqatta’ traqqagħha u terġa’ tilbisha. Wieħed jistaqsi, għaliex dan kollu? Julia Mooney qalet li l-fatt li ma tridx toqgħod tara x’se tilbes kuljum, jagħmillek ħajtek iktar faċli. Apparti minn hekk, jekk ikollok inqas affarijiet, l-ispazju fejn tpoġġi l-affarijiet jikber!

Il-konsum eċċessiv ta’ affarijiet li m’għandniex bżonn jista’ jwassal għal problemi anke fl-ambjent. Pereżempju biex isir flokk tal-qoton jirrikjedi 2,700 litru ilma! Dan jammonta bejn wieħed u ieħor għal kemm persuna għandha bżonn tixrob ilma minn tliet snin sa tliet snin u nofs! Temmen?!

View this post on Instagram

A post shared by Julia Mooney OneOutfit100Days (@oneoutfit100days) on

Julia tinkoraġixxi lill-pubbliku biex jaħseb qabel ma jaqbad u jixtri. Permezz ta’ din l-inizjattiva, Julia riedet turi li m’għandniex bżonn nixtru libsa għal kull okkażżjoni li jkollna!

Instagram / oneoutfit100days


Yasmin Camilleri