Isaac Tom kien l-aħħar ġuvni li nqala fl-aħħar sensiela ta' X Factor Malta. Il-kanzunetta li għamel l-audition biha kienet is-silta Golden Smile. Kienu ħafna li nkoraġġewh biex joħroġha b'mod uffiċjali u fl-aħħar kellu ċ-ċans li jagħmel dan.

Isaac nieda wkoll filmat mużikali ma' din is-silta ta' mħabba b'differenza, filmat li tistgħu tgawduh hawn taħt. Din mhux l-ewwel darba li l-kantawtur żagħżugħ nieda l-mużika tiegħu, hekk kif fis-snin li għaddew ħareġ xi siltiet oħra li għamluha wkoll fil-klassifiċi lokali.

Minkejja l-età żgħira tiegħu, ċertament li għandu futur mill-isbaħ. Kemm bħala kantant u anke bħala kittieb tal-kanzunetti. Nittamaw li jkollna ċ-ċans li nisimgħu aktar kanzunetti oriġinali mingħandek Isaac.

Nawgurawlek għall-futur.

Facebook / Isaac Tom


Emil Calleja Bayliss