Fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha, l-MEP Roberta Metsola qalet li ftit ilu, waqt telefonata ma’ Destiny, għaddietilha l-isbaħ xewqat għas-suċċessi li qed tikseb u li għadha trid tikseb f’isem il-poplu Malti u Għawdxi!

Skontha, “hi se tkun il-vuċi ta' pajjiżna - vuċi ta’ mara kunfidenti… vuċi ta’ żagħżugħa, ta' artista libera - li tista’ tilħaq kull quċċata.”

Roberta Metsola qalet ukoll li t-talent ta’ Destiny dejjem għamel u se jkompli jagħmel lill-poplu Malti kburi!


Shanice Ahar