Fl-aħħar programm li xxandar ta’ Bundytime, il-kantanta bravissima Destiny Chukunyere qasmet mas-segwaċi storja umoruża, li malajr setgħet tispiċċa ħażin! Waqt li kienet qiegħda Paceville ma’ ġuvni li kienet qed toħroġ miegħu dak iż-żmien, bdiet tieħu filmat tagħhom it-tnejn. Qalet lill-għarus tagħha ta’ dak iż-żmien biex itiha bewsa, iżda lanqas laħaq tahielha, għax tfixklet f’bott tal-birra li xi ħadd rema’ mal-art, u tirwi saqajha.

Spjegat li fil-filmat instemgħet tidħak u tokrob fl-istess ħin, għax ma riditx li tibki f’post pubbliku. “Għamilt ġimgħa ma stajtx insuq, imma n-nies mal-ewwel għenuni u ġabuli s-silġ” żiedet tgħid Destiny.


Nicole Zammit