U hekk hu! Serata finali oħra ta' Mużika Mużika oħra waslet lejn l-aħħar fażijiet tagħha. Smajna total ta' 12-il finalista u xi ħadd minnhom ser ikun qed jirbaħ it-titlu tal-festival li wasal fit-tielet edizzjoni tiegħu.

Dawn huma l-kanzunetti li jagħlqu l-ispettaklu tal-lejla:

Artist: Mark Micallef Costa | Kompożitur: Mark Micallef Costa | Awtur: Mark Micallef Costa

Din il-kanzunetta tgħinna nirriflettu fuq il-familjari tagħna u n-nies li għalkemm inħobbuhom kultant nittraskurawhom, u nirrealizzaw biss meta jkun tard wisq. Fuq Pultruna hija eloġju fuq stil pop ballad miktuba minn Mark Micallef Costa stess, li hu jiddedika lin-nanna tiegħu li tant kienet importanti f’ħajtu. Din il-kanzunetta tqanqal ħafna nostalġija u twissina biex napprezzaw iktar l-għeżież tagħna f’ħajjithom u mhux wara mewthom.

Artist: Raquel | Kompożitur: Adian Cassar | Awtur: Aidan Cassar

Raquel issaqsi mistoqsija retorika – min aħna? Miktuba fuq stil pop ballad, il-kanzunetta tpoġġi l-vuċi unika ta’ Raquel fiċ-ċentru tagħha, element li jagħmilha verament memorabbli. Min Aħna? issaqsi xi jsir mill-individwi relazzjoni wara lir-relazzjoni tintemm. Il-protagonista tal-kanzunetta għamlet minn kollox biex issalva r-relazzjoni, tant li anke tilfet lilha nnifisha fil-proċess,u spiċċat tistaqsi min verament hi.

Artist: KWINTI | Kompożitur: Micimago u Pamela Bezzina | Awtur: Joe Julian Farrugia

Mid-Dinja m’Għandna Xejn hija kanzunetta enerġetika bi stil pop u b’influenza diretta mill-ħoss disco tas-snin tmenin. Din il-kanzunetta turi l-versatilità tal-lingwa Maltija li tista’ tintuża fi kwalunkwe stil mużikali anke dak movimentat. It-tema prinċipali wara l-kanzunetta hija ż-żgħożija u kemm din għandha ngawduha għaliex malajr tgħaddi, speċjalment jekk nintilfu qalb ir-rutina mgħaġġla ta’ kuljum.

Smajna tnax-il kanzunetta finalista. Min hu l-favorit/a/i?! 

Festivals Malta


Kyle Zarb