Staġun ieħor ta' Brillanti wasal fi tmiemu u nhar il-Ġimgħa li ġej se nesperjenzaw il-finalissima tat-tieni staġun ta' Brillanti! L-ewwel staġun kien Brillanti Goes Classical u din id-darba Brillanti Goes Dance.

Kellna x-xorti li naraw it-talent ta' għexieren ta' talenti li lkoll spikkaw, iżda jkollna nistqarru li wħud spikkaw u kienu konsistenti aktar minn parteċipanti oħra. Wara numru ta' semifinali, wasalna proprju għall-finali ta' dan il-programm.

Finali fejn fiha se naraw sitt talenti mill-aqwa jikkompeti kontra xulxin sabiex jieħdu t-titlu ta' Brillanti ta' din is-sena. Il-vjaġġ tagħhom ma kienx wieħed faċli. Kollha li huma kellhom jissieltu u jħabbtu wiċċhom ma' sfidi xejn faċli iżda la waslu s'hawn, għandhom xi ħaġa speċjali tassew.

Dawn huma s-sitt finalisti tagħkom:

Nicole Chetcuti

Benjamin Spiteri

Juliana u Mishel

Elisa Morguello

Cheryl Lofreda

Chloe u Miguel

Għandek xi favorit/a/i minn dawn is-sitt parteċipanti?


Emil Calleja Bayliss