“Dħalt hemmhekk min jiena u ħriġt min jiena” - Dan kien l-ewwel kumment ta’ Jake Pace wara l-eliminazzjoni mill-villa ta’ Love Island ilbieraħ filgħaxija. Hu ma basarx li Ylenia kienet se telimina lilu, iżda ħaseb li minfloku kien se jinqala’ Clinton. Dan għaliex jemmen li bħalissa qed tinbena xi ħaġa bejn Edward u Kyannah u għalhekk ma kienx jagħmel sens li kieku nqala' Edward bejniethom it-tlieta.

Meta mistoqsi dwar ir-relazzjoni tiegħu ma’ Kyra stqarr li kliemha ma kienx jaqbel mal-azzjonijiet tagħha u ħass li kien hemm xi ħaġa mhux f’postha min-naħa tagħha. 

Wara din l-esperjenza, deskritta bħala waħda “tal-ġenn” jistqarr li l-aktar ħaġa li se jimmissja huma l-praspar li kienu jagħmlu s-subien f’nofs ta’ lejl. Jake jinsab iddiżappuntat b’din l-eliminazzjoni u ma jaħsibx li kien ħaqqu jinqala' daqstant kmieni … u inti taħseb li kellu jkun hu l-eliminat?

Aħna minn Gwida.mt nawguraw lil Jake Pace l-isbaħ xewqat għall-futur!

Instagram / magicmalta91.7


Kylie Ann Chircop