L-attur Raphael Pace, magħruf fost ħafna affarijiet oħrajn għall-imitazzjonijiet tiegħu ta' diversi personaġġi Maltin, ħareġ filmat ieħor ftit jiem qabel il-kunċert ta' Christina Aguilera, li se jsir għada fuq il-Fosos tal-Furjana bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-EuroPride Valletta 2023.

Fil-filmat jidher qed jimita lil Aguilera, u stqarr li bħala l-ikbar fan tagħha f'Malta, ma setax ma jimitahiex.

Għażel li jirrikrea l-vidjo mużikali għall-kanzunetta tagħha Dirrty, u nistgħu nikkonfermaw li qaxxarha l-parti!


Gwida.mt