L-eks maniġer tal-Ingilterra ta' 75 sena, Sven-Goran Eriksson kien l-ewwel kowċ barrani li mexxa lill-Ingilterra u mexxa lit-tim għall-kwarti tal-finali tat-Tazza tad-Dinja fl-2002 u 2006 u l-Euro 2004.

“Se nissielet kemm nista’,” qal Eriksson lil Radju Svediż P1. "Għandi marda li hija serja. L-aktar l-aktar sena għandi... Impossibbli li ngħid eżatt, allura aħjar ma naħsibx dwarha."

L-eks maniġer Svediż, li kellu karriera ta' 42 sena fil-maniġment, riċentament waqaf mill-irwol tiegħu bħala direttur sportiv fil-klabb Żvediż Karlstad 11-il xahar ilu minħabba kwistjonijiet ta' saħħa. Qal li qed jipprova jibqa’ pożittiv u “noħroġ xi ħaġa tajba” mid-dijanjosi tiegħu tal-kanċer.

Kuraġġ lil Sven-Goran u lill-familjari kollha tiegħu, kif ukoll lill-partitarja u dawk li tant iħobbuh. 


Kyle Zarb