"M'għandix kliem biex nirrigrazzjakom ta' kemm ħabbejtu Bla Tarf. Bejn YouTube u Spotify - Bla Tarf indaqqet aktar minn miljun darba. Dan jeskludi TV, radio u attivitajiet. Dan kollu bis-saħħa tagħkom għax din id-diska għamiltuha tagħkom!"

Hu jgħaddi ringrazzjament billi qal, "Ħajr lil sħabi Peter Borg u Aleandro Spiteri Monsigneur tal-gwida mużikali u l-produzzjoni, u Festivals Malta tal-pjattaforma Mużika Mużika - Festival Kanzunetta Maltija.

Wieħed jista' jgħix l-esperjenza ta' Bla Tarf billi jsegwi l-filmat ta' meta l-kanzunetta ġiet interpretata fil-finali. Mużika Mużika ta' din is-sena se jsir fit-23,24 u 25 ta' Marzu. Kurt Calleja se jkun qed itella' kunċert fil-bidu tax-xahar id-dieħel fejn ċertament li Bla Tarf ħa tkun waħda mill-kanzunetti prinċipali li se jinterpreta.


Emil Calleja Bayliss