Il-komunità Albaniża f'Malta ngħaqdet flimkien biex tgħin ħalli l-katavru ta' Bari Balla, il-vittma ta’ 51 sena fl-inċident f’Tas-Sliema, jintbagħat pajjiżu. 

Ir-raġel huwa missier ta’ sitt itfal li kien ilu jaħdem Malta għal dawn l-aħħar sentejn. “Il-familja tiegħu titlob għajnuna finanzjarja għat-trasport u l-funeral,” tgħid il-paġna ta' Go Get Funding li bħalissa ġabret €1,105.00

Balla kien ilu jgħix Ħaż-Żebbuġ għal dawn l-aħħar sentejn, iżda l-funeral tiegħu se jsir fl-Albanija.

B’din l-inizjattiva, il-komunità Albaniża ta’ Malta qed tittama li dan il-weġgħa tittaffa ftit, bil-paġna HAWN li tinsab miftuħa għall-fondi minn kull min lest jgħin. Tinsiex... kull qatra tgħodd.

Ndihmo per funeralin e Bari Balla / Go Get Funding


Gwida.mt