Wara li rebħet it-tieni titlu tal-Eurovision, fil-kanzunetta ta' Loreen Tattoo xi wħud innutaw ħoss familjari fil-melodija u fil-mużika. Hemm ħafna spekulazzjonijiet dwar ix-xebħ bejn Tattoo u bosta siltiet oħra.

F'partijiet minnha fakkrithom f'kanzunetti bħal; The Winner Takes It All ta’ ABBA, Flying Free ta’ Pont Aeri, в плену ta’ Mika Newton, Skyline ta’ Amaranth. Kien hemm min semma anke l-ħoss elettroniku fil-melodija ta' Komodo ta’ Mauro Picotto.

Ix-xebħ bejniethom ġie mfaħħar minn xi segwaċi bħala ġieħ mogħti lil dawn il-melodiji klassiċi, filwaqt li oħrajn qed jiddubitaw l-oriġinalità tal-kanzunetta. Kien x'kien jibqa' l-fatt iżda li l-kanzunetta Tattoo  daħlet fil-qlub ta' ħafna, u l-kantanta Loreen kompliet saħħitha bil-wirja unika tagħha.

Int tħoss li hemm similaritajiet, jew qed isibu x-xagħra fl-għaġina, kif jgħidu?


Kyle Zarb