Dik kienet Yulan Law għal Malta! Prestazzjoni mimlija passjoni u determinazzjoni fil-messaġġ li qed twassal bil-kanzunetta Stronger.

Ir-rispons tas-sala kien għal darb'oħra mill-aqwa, hekk kif Yulan uriet ukoll l-abiltajiet vokali tagħha. Il-palk kien sempliċi iżda wera biċ-ċar il-passjoni li qed tkanta biha Yulan, b'wiċċha fl-isfond.

Fl-aħħar tal-wirja tagħha Yulan għajtet mill-qalb, "Viva Malta!", waqt li rringrazzjat lill-udjenza tar-rispons sabiħ. BRAVA Yulan! Kburin bik jiġri x'jiġri!


Kyle Zarb