Nhar il-Ħadd li għadda saret il-parata annwali li mill-Foso tal-Furjana sa Misraħ San Ġorġ. 6,000 scout u guide għaddew minn quddiem l-E.T. l-President ta' Malta Myriam Spiteri Debono.

Saret din il-parata fl-okkażjoni tat-tifkira ta' San Ġorġ, li hu magħruf bħala patrun tal-iscouts. Fuq il-paġna uffiċjali tal-President, fejn ġie ppubblikat anke r-ritratt uffiċjali, ttellgħu anke ritratti mill-attività li saret.

Apparti minn hekk fuq l-istess paġna uffiċjali ġie mxerred filmat li juri mumenti mill-parata, fejn bi professjonalità u b'rispett għaddew bil-parata minn quddiem il-President Myriam Spiteri Debono. 

Prosit lil dawk kollha involuti.


Kyle Zarb