Waqt il-kunċert li sar ilbieraħ fi Pjazza San Publju (il-Fosos) ġewwa l-Furjana, André Rieu u l-Orkestra Johann Strauss li jmexxi hu, daqqew il-kanzunetta popolari Maltija, Xemx.

Il-Maltin fl-udjenza dehru jxejru idejhom mal-mużika u jgħolluhom f'daqqa meta jaslu għall-kliem ikoniċi "Xemx wisq sabiħa", waqt li jkantaw mal-mużika.

Illejla ħa jittella' t-tieni u l-aħħar spettaklu ta' Rieu u l-Orkestra fuq il-Fosos.


Bradley Cachia