Nhar is-Sibt sar il-konkors ta' Ivan Gaffiero Mrs and Mr Malta 2022, fejn rajna numru ta' rebbieħa li rnexxielhom jirbħu titlu li żgur ser jgħinhom jikbru u jkomplu tilgħin 'il fuq fil-karriera tagħhom tal-immudellar. Ġie ppreżentat mill-bravissimi Ivan u Alana Bondin.

Waħda mill-mistednin kienet il-kantanta lokali ikona Mary Spiteri, kantanta li kull ma jmur dejjem tagħmilna kburin. Mary irrappreżetatna fil-Eurovision Song Contest tal-1992, bil-kanzunetta Little Child, li klassifikat fit-tielet post.

Waqt is-serata Mary tkellmet dwar kemm tammirah lil Gaffiero u l-qalb tajba tiegħu. Apparti minn hekk Mary żvelat li xahar ieħor jekk il-Bambin irid ser tkun qed tagħlaq l-età sabiħa ta' 75 sena, u kulħadd tant jammiraha għall-artista kariżmatika u mimlija talent li hi.

Nammirawk immens Mary!


Kyle Zarb