Simpatiċi jibqa' dak is-sitcom Malti li n-nies ma jixbgħu qatt isegwu. Jgħaddi kemm jgħaddi żmien, l-interess fih jibqa' kbir. Fil-fatt Simpatiċi għalaq 25 sena, u minn dakinhar l'hawn baqa' dejjem iżid il-popolarità.

Kif tafu Simpatiċi ser ikun qed jirritorna fuq il-palk, u bla dubju huma ħafna n-nies li jinsabu tant ħerqana biex jaraw x'se jiġri eżatt fil-ħajja tal-familja Cassar u tal-karattri l-oħrajn kollha.

Frida waqt intervista ma' Leontine fuq Kumplimenti, tkellmet dwar l-istorja ta' Simpatiċi, kif ukoll dwar dak li hemm lest għal xahar ieħor. Simpatiċi ser jirritorna fuq il-palk, u fost il-ħjiel li tat Frida, peress li din hi kummiedja, "in-Nanna f'Simpatiċi għadha ħajja."  

Meta ħallietna l-attriċi Mary Rose Bonello, Simpatiċi kien għadu kemm wasal għall-ħames staġun tiegħu. Lejn l-aħħar tat-tmien staġun, lin-Nanna Katrin xorta smajnieha b'xi mod, u bl-editing eċċ irnexxielhom jinkluduha fl-aħħar xena wkoll.

Tistgħu issegwu aktar fl-intervista hawn taħt. Għal dejjem f'qalbna Mary Rose Bonello! 


Kyle Zarb