Amber Bondin u Megan May Caruana, li huma kuġini, fuq il-midja soċjali qasmu filmat tagħhom ikantaw il-kanzunetta Until I Found You ta' Stephen Sanchez.

Amber hija l-iżjed magħrufa għal meta rrappreżentat lil pajjiżna fil-Eurovision Song Contest 2015 bil-kanzunetta Warrior. Dal-aħħar qed narawha u nisimgħuha wkoll fuq it-televiżjoni u r-radju bħala preżentatriċi.

Kuġintha, Megan May, kisbet il-popolarità tagħha meta ħadet sehem fit-tieni staġun ta' X Factor Malta, li fih kienet tagħmel parti mill-grupp F.A.I.T.H. Minn dak iż-żmien 'l hawn, rajnieha wkoll tieħu sehem f'Iċ-Ċaqqufa fl-irwol tal-infermiera li tieħu ħsieb lil Michael, iben Rose.

Tgħid se naraw xi kollaborazzjoni mużikali bejn dawn iż-żewġ kuġini fil-futur qarib?

Instagram / @meganmaycaruana & @imamberofficial & Facebook / Megan May & Amber


Bradley Cachia