Jekk kellek kurżita kif kienet tidher Emma Muscat meta kienet żgħira u tul is-snin... mhux ħa ddum wisq bil-kurżita. Kif tara dan il-filmat li kien itella' fuq YouTube waqt li Emma kienet qed tikkompeti f'Amici, ħa tara lil Emma tikber minn sena għal sena.
Wieħed jista' jgħid li minn meta kienet tarbija kienet ħelwa u tul is-snin kompliet sbieħet. Ħafna jammiraw din il-kantanta mhux biss għal vuċi inkredibbli tagħha imma wkoll għal kemm hi tifla umli, dejjem saqajha mal-art u qed tikseb suċċess wara l-ieħor.
Dan hu l-isbaħ don li wieħed jista' jkun imżejjen bih, li jmur 'il bogħod minn kull sbuħija oħra. Prosit Emma!
Facebook / Emma Muscat