Kemm hu veru li l-mużika tgħaqqad! Żewġ dwetti li ħadu sehem f'X Factor Malta f'snin differenti, illum iltaqgħu u kantaw flimkien.

L-aħwa Kayati niftakruhom fl-ewwel edizzjoni tal-2018, mentri lil Kelsie u Martina rajniehom f'din l-edizzjoni tal-2024.

Kollha kemm huma kienu waslu sal-fażi tal-live shows, u ssorprendew bis-sinerġija ta' bejniethom. Fil-filmat li ppubblikaw Kayati għal darb'oħra nistgħu ngawdu minn armoniji mill-isbaħ, din id-darba grupp ta' erbgħa.

Kif għidna lil Kelsey u Martina segwejniehom ftit ilu waqt X Factor Malta r-raba' staġun, fejn irnexxielhom jaslu sat-tieni live show. L-aħwa Kayati proprju f'Jannar li għadda nedew il-kanzunetta oriġinali tagħhom Happy Birthday li ntgħoġbot immens.

Segwu dan il-ġmiel ta' vuċijiet hawn taħt:


Kyle Zarb