"Wara 4 snin, illum qed nagħżel li minflok nibki l-memorja tagħha, infakkar il-memorja tagħha wkoll."

Il-kandidata tal-elezzjonijiet Ewropew Miriana Testaferrata qasmet kelmtejn mill-isbaħ dwar ommha li llum m'għadhiex fostna.

F'filmat mill-aktar kommoventi, Miriana tistqarr li kienet qrib ħafna t'ommha u għalhekk għada sal-lum il-ġurnata tħoss in-nuqqas tagħha.

Madankollu, hija tistqarr l-importanza li "mill-ħażin nieħdu t-tajjeb ukoll".

Fil-fatt, hija ssostni li proprju llum marret iċ-ċimiterju b'bukkett fjuri mill-isbaħ sabiex tgawdi l-istess memorja t'ommha, filwaqt li tifhem li fuq kollox dan huwa parti mill-proċess tal-ħajja.

@mirianatestaferrata 4 years ma🖤🕊️ #malta #fyp #grief #mother ♬ original sound - Miriana Testaferrata

Jaħasra!


Cristian Tonna