Fuq il-paġna ta’ Bjorn Formosa, ttella’ filmat emozzjonanti fejn l-attur Fabian Scerri De Carlo jirreċta l-ħajja ta’ Bjorn.

Il-filmat jibda’ b’Fabian juri episodji minn meta Bjorn kien iżgħar u ma kienx fehem l-Ice Bucket Challenge. Iżda wara ftit ġismu beda juri sintomi ta’ marda li taffettwa l-muskoli.

B’mod eċċellenti u professjonali, Fabian rreċta t-tbatija ta’ Bjorn u l-isfidi tiegħu meta sar jaf li hu marad u kif din il-marda se tkun t’impatt fuq ħajtu. 

Aktar tard fil-filmat jidhru l-episodju mill-ħajja ta’ Bjorn fejn kellu s-sapport ta’ Maria, l-missjoni li jgħin lil ħaddieħor b’din il-marda, il-ftuħ ta’ Dar Bjorn, l-isfidi waqt il-Covid, l-avvenimenti u aktar.

Araw il-filmat hawn taħt.

Facebook/Bjorn Formosa


Bernard Xuereb