Proprju ftit sigħat ilu ħalla din id-dinja Joe Sammut - persuna li tul ħajtu kien akkanit ferm tal-Lija Athletic FC.

Sammut, li twieled fit-28 ta' Settembru 1968, ħalla din id-dinja fl-età ta' 55 sena.

"F'isem il-President, is-Segretarju, il-Kumitat, il-plejers, l-istaff, u l-membri kollha nesprimu l-kondoljanzi sinċiera tagħna lejn il-membri tal-familja f'dan il-waqt partikolari," stqarrew fuq il-mezzi soċjali.

Intant, huma sostnew li Joe sa jibqa' mfakkar żgur għal-lealtà, l-altruwiżmu u l-onestà tiegħu. 

"Verament kien iħobb il-klub tagħna," stqarrew fuq nota konklussiva.

Strieħ fis-sliem!


Cristian Tonna