Għaddew 9 snin minn meta ħalliet din id-dinja l-attriċi Connie Azzopardi li minkejja li kienet parti minn diversi produzzjonijiet baqgħet magħrufa l-iżjed għas-sehem ewlieni tagħha fis-serje Villa Sunset.

Connie tiġi oħt il-mibkija Gemma Portelli li tant kienet meqjusa bħala ikona fix-xena Maltija tal-ispettaklu.

Minbarra li ħadet sehem f'numru ta' produzzjonijiet fuq ir-radju u t-televixin, Azzopardi wkoll ħadmet f'xi films fosthom Midnight Express fl-1977 u Gladiator fis-sena 2000.

Connie Azzopardi kienet ħalliet din id-dinja fl-20 ta' Ġunju fl-2016.

Strieħ fis-sliem, Connie!

Ritratti: TVM u Facebook / Xarabank


Cristian Tonna