Il-kantant lokali Christian Arding illum qed jiċċelebra jum speċjali. Speċjali għalih għax sar ġenitur, u speċjali għal ibnu għax kiber sena oħra. 

Christian kiteb kelmtejn mill-qalb biex jawguralu, kif ukoll xerred diversi ritratti sbieħ Ritratti mal-familjari, kif ukoll ritratti li jġibu memorji sbieħ li qattgħu flimkien matul is-snin. 

Fil-messaġġ hu kiteb lil ibnu, "Awguri f'għeluq sninu liż-żgħir tiegħi. 10 snin illum. Inħobbok, mingħand il-Papà." Kienu bosta li awguraw lit-tifel fil-kummenti. F"isem Gwida.mt nawguraw lit-tifel ta' Christian dak kollu li tixtieq qalbu llum u dejjem.

Facebook/ Christian Arding


Gwida.mt