Eileen Montestin 17-il sena ilu kienet qiegħda tippreżenta parti mill-Karnival, meta waqt li bdiet titkellem dwar it-temp, lemħet lill-ħabiba tagħh Doris. “Ara Doris, hello!” qalet Eileen dakinhar, u minn dakinhar ’l hawn, dan il-filmat baqa’ jissemma. Madanakollu, kulħadd kien kurjuż dwar min hi din Doris, u lbieraħ sirna nafu.

Waqt Xow, Eileen spjegat min hi Doris, filwaqt li kienet ħdejha, u spjegat kemm għandha qalbha tajba, u kemm-il darba għenitha. Eileen u Mark kienu joqogħdu magħha sakemm lestew id-dar li issa joqogħdu fiha, u kif sabuha f’mumenti diffiċli, fosthom meta bdew jippruvaw għall-ewwel tarbija tagħhom.


Nicole Zammit