Il-kantanta lokali Alexia Micallef ġiet imħabbra bħala r-rebbieħa tal-festival Kanta Magħna. Din kienet ir-raba' edizzjoni ta' dan l-avveniment, li fih ipparteċipaw għadd ta' kantanti lokali.

Ir-riżultati ta' kull kategorija kienu hekk:

  •  Rebbieħ għal Distinct Talent Award: Ramires Sciberras
  • Rebbieħa f'Kategorija A: Elisa Buttigieg
  • It-tieni post għal Kategorija A: Eve Tabone
  • Rebbieħa f'Kategorija B: Maya Cauchi
  • It-tieni post għal Kategorija B: Luana Schembri
  • Rebbieħa f'Kategorija C: Alexia Micallef
  • It-tieni post għal Kategorija C: Geo Debono

Alexia Micallef spiċċat ir-rebbieħa ewlenija tal-festival kollu. Alexia mhix wiċċ ġdid għat-televiżjoni, hekk kif rajnieha kemm bħala attriċi, kif ukoll rebħet l-edizzjoni tal-Għanja Tal-Poplu tal-2022.

Dan il-konkors fil-passat rebħuh il-kantanti Nathaniel Attard, Gail Attard u Danica Muscat. Danica fil-fatt rebħitu sena ilu, u lbieraħ tat wirja eċċellenti għal darb'oħra tal-kanzunetta li rebħet biha, Simply the Best.

Minn qalbna ngħidu prosit kbira lill-parteċipanti kollha li ħadu sehem. Awguri mill-qalb lir-rebbieħa kollha, u lir-rebbieħa ewlenija Alexia! 


Gwida.mt