Għalkemm l-avventura ta' The Busker fil-Eurovision Song Contest ma kinitx suċċess, il-band lokali jistgħu jgħidu li xorta waħda l-esperjenza kienet waħda pożittiva mmens u għalkemm fil-festival ma kellhomx suċċess, huma xorta kisbu suċċess fuq il-pjattaformi diġitali.

Il-band lokali tellgħat filmat biex turi l-apprezzament tagħha li laħqu proprju ż-żewġ miljuni fuq Spotify. Dav, il-kantant prinċipali ta' The Busker ilbieraħ kien fuq il-programm TVAM jiddiskutu l-esperjenza tagħhom u dak li jmiss.

Dav jgħid li issa li għadda l-Eurovision, qed jaraw interess mill-band fuq skala internazzjonali. Hu jistqarr li ġa kellhom tliet appuntamenti ma' barra minn xtutna biex il-kanzunetta tindaqq f'ċerti postijiet u fuq ċertu stazzjonijiet.

Li ma kienx għal din l-esperjenza, Dav jgħid li ma kinux jiġu dawn l-opportunitajiet. Dav jistqarr li għandna bżonn nieqfu niffissaw li rridu nirbħuh. Dav jgħid li fil-Eurovision hemm ċertu livell ta' pakkett li mhux dejjem ikun artistiku iżda kanzunetti jmorru tajjeb għax jiġbdu l-attenzjoni fuqhom, hu semma' lill-Kroazja li spikkaw. Dav jgħid li għalkemm hu jammira dak li għamlu, jemmen li f'Malta għadna mhux daqshekk avventurużi. 

Dav jgħid li f'pajjiżna jekk ħa nbiddlu t-tip ta' kanzunetti li nagħżlu nistennew li jew ħa mmorru ħażin ħafna jew inkella ħa niġbdu l-attenzjoni. X'taħsbu minn kliemu!? 

Instagram / The Busker


Emil Calleja Bayliss