"Għal ħafna snin wara mewtu, Manwel Dimech intesa u lanqas qrabatu ma kienu jsemmuh għax kien eks ħabsi u miet eżiljat mill-Ingliżi fl-Eġittu bħall-bierah 103 snin ilu," kitbu l-amministraturi tal-paġna ta' Facebook Personaġġi Maltin.

Żiedu, "Mill-ħabs dal-bniedem kien ħareġ bniedem differenti u ried jiftaħ għajnejn ħutu l-Maltin biex jitgħallmu jqumu fuq saqajhom u jfittxu drittijiethom."

Komplew, "Imma min kellu s-setgħa rah perikoluż u għamel minn kollox biex jeliminah. Insellmu l-memorja ta' dan il-patrijott Malti li ra fl-edukazzjoni għajn ta’ dawl għalih innifsu u għall-oħrajn."


Bradley Cachia