Ftit tal-ġimgħat ilu, Dorian u Paul qalu iva lil xulxin f'ċerimonja ġewwa Ta' Qali f'serata mżewqa u denja għall-ċelebrazzjoni tal-imħabba tagħhom fejn attendew bosta qraba u ħbieb tal-koppja.

Iżda llum hija ġurnata speċjali għall-koppja, Paul kiteb, "8 snin flimkien. Min kien jgħidilna dak iż-żmien dak li se niksbu matul dawn is-snin. Ngħixu ħolma... il-ħolma... il-ħolma tagħna."

Aħna f'isem Gwida.mt, nawgurawlhom ħafna mħabba u paċi. Ninsabu ċerti li l-imħabba tagħhom ħa tkompli tikber aktar ma jgħaddi ż-żmien. Imħabba speċjali mmens.

Dan kien evidenti anke fil-filmat li ttella' fuq il-mezzi soċjali fejn Dorian ta sorpriża lil Paul fil-jum tat-tieġ. Dwar dan int tista' taqra aktar HAWN.

Facebook / Paul Camilleri


Emil Calleja Bayliss