Ftit tal-jiem ilu żżewġu l-koppja Dorian Cassar u Paul Camilleri, fejn it-tieġ tagħhom kien fuq it-tema blu u gold.

Waqt it-tieġ ġrat ħaġa li forsi Paul ma stenniex mill-maħbub tiegħu Dorian. Dan għaliex Dorian ta sorpriża ħelwa lil Paul fejn qabad il-mikrofonu u, flimkien ma’ Glen Vella kanta l-kanzunetta ‘Ħarsa Biss’, l-istess kanzunetta li rebħet il-festival MużikaMużika s-sena l-oħra. Glen qal li kien ta’ pjaċir u unur li kanta ma’ Dorian waqt li taw din is-sorpriża ħelwa lil Paul f’jum it-tieġ tagħhom.

Wieħed jista’ jara l-emozzjoni li ħass Paul għal din is-sorpriża u verament jidher li din il-ħaġa ma stennihiex.

Facebook / Dorian Cassar


Henzley  Bezzina