Kellymni: Episodju 31 - Lawrence Gray
Lawrence Gray, il-kantant lokali li żgur m’għandu bżonn ta’ ebda introduzzjoni hu l-mistieden ta’ Melanie Kelly. Lawrence se joħodona lura għal tfulitu u jkellimna dwar il-problemi ta’ saħħa li kellu li minnhom inħolqu beżgħat għal ta’ madwaru. Hu se jiżvela ċertu dettalji dwar il-karriera mużikali tiegħu li qatt ma smajtu qabel.
57 minuta
Melanie Kelly titkellem ma’ Lawrence Gray, il-kantant li seraq qlub il-Maltin bil-vuċi tiegħu iżda tul is-snin kellu diversi intoppi. Lawrence se jkun qed jitkellem dwar il-problemi ta’ saħħa li kellu, in-nies li ltaqa’ magħhom li għenuh tul is-snin, il-beżgħat u l-inċertezzi tiegħu u anke l-mod ta’ kif iħares lejn il-ħajja.
Lawrence se jiżvela anke affarijiet li qatt ma qal qabel fuq il-podcast Kellymni. Affarijiet uħud minnhom personali u oħrajn li huma aktar relatati mal-karriera mużikali tiegħu. Uħud taf ikunu sorpriżi b’dak li se jgħid, iżda bl-aktar mod sinċier hu jaqsam l-esperjenza tiegħu.
Fost l-affarijiet li jsemmi Lawrence hemm il-biża’ li kellu li jkollu t-tfal minħabba li dejjem ħaseb li hemm ċans li dawn ikollhom l-istess problem ta’ saħħa li kellu hu. Iżda meta hu u martu xtaqu t-tfal, kien hemm min qallhom li dan hu impossibbli. Lawrence jispjega l-weġgħa li għaddew minnha.
Barra minn dan, Lawrence jitkellem fuq il-Eurovision Song Contest u l-festival lokali. Festival li hu jemmen li kellu jirbaħ aktar minn darba iżda sfortunatament din ir-rebħa baqgħet ma tfaċċatx għalih.
Waqt il-podcast se tiskopru dan u aktar. Segwu Kellymni ħalli ssiru tafu aħjar lill-kantant lokali Lawrence Gray.