Kellymni: Episodju 25 - Mario Micallef

Mario Micallef jitkellem ma' Melanie Kelly, f'intervista tassew sinċiera fejn ma jiddejjaqx jaqsam l-esperjenzi, il-beżgħat u l-mumenti xejn faċli li għaddha minnhom.

49 minuta

Melanie Kelly titkellem ma' Mario Micallef, fejn insiru nafu lil dan l-attur aktar mill-viċin. Hu ma jiddejjaqx jaqsam numru ta' sitwazzjonijiet personali, uħud li għadda minnhom fuq il-palk filwaqt li oħrajn li għadda minnhom fil-ħajja personali tiegħu. Mario għandu mħabba kbira lejn il-palk u dan joħroġ ċar kristall fi kliemu.

Mario jitkellem dwar il-perjodu ikrah tal-Covid u l-effett li ħalliet il-pandemija fuqu. Hu jistqarr li kellu problemi fis-smigħ tiegħu u dam xi ftit sabiex aċċetta l-problema iżda llum ma jħarisx lura. Bl-iktar mod umoristiku jirrakkonta kif spiċċa fuq date ma' martu Nathalie, għalkemm lilha kien jafha għax kienu jaħdmu fl-istess post, mhux magħha ried imur date. X'ġara eżatt? 

Mario jitkellem b'tant passjoni dwar in-neputi tiegħu li twieled f'jum il-Milied u l-avventura li jagħmlu flimkien. Hu jirrakkonta praspura li għamillu riċentament. Permezz ta' Kellymni ħa taraw lil Mario Micallef minn lenti kemxejn differenti. Ħa ssiru tafuh aħjar u ħa tkunu tistgħu tirrelataw ukoll ma' dak li qed jgħid!