Kellymni: Episodju 21 – Terry Muscat
"U ma ridtx indejjaq lin-nies ta' madwari - li jiena kif jiena - għax qatt m'aċċettaw hux"
51 minuta
Melanie Kelly titkellem ma’ Terry Muscat dwar l-esperjenzi li għaddiet minnhom tul ħajjitha. Hi taqsam l-istorja ta’ meta qalet lill-ġenituri tagħha li għandha ġibda lejn l-irġiel u introduċiet il-maħbub tagħha lil ommha u missierha, tirrakkonta li minn dejjem ħassitha differenti u qatt ma xtaqet li tkun toqol fuq ħadd.
Terry tirrakkonta dwar meta spiċċat il-ħabs, x’kien ġara biex spiċċat hemm u kif kienet l-esperjenza tagħha ġewwa mal-gwardjani u l-priġunieri l-oħra. Hi titkellem dwar il-faqar li hawn fil-pajjiż u l-faqar li għexet hi wara li ħarġet mill-ħabs. Hi titkellem dwar numru ta’ esperjenzi li għaddiet minnhom tul is-snin, esperjenzi li b’xi mod jew ieħor għallmuha u bidlulha ħajjitha.
Nemmnu li permezz ta’ Kellymni se jkollhom iċ-ċans li ssiru tafu lil Terry Muscat minn lenti differenti u tapprezzaw kemm hi persuna b’qalb tad-deheb.