Kellymni: Episodju 20 – Sefora Aquilina
“Jiena grata li għaddejt mill-ħażin, għax il-ħażin kien tagħlima kbira biex illum ninsab fit-tajjeb”
65 minuta
Melanie Kelly titkellem ma’ Sefora Aquilina dwar l-esperjenzi li għaddiet minnhom fil-ħajja tagħha. Kif ħafna jafu, Sefora tmexxi l-paġna Diego and I, iżda għal żmien twil anke qabel ma bdiet il-paġna, Sefora kienet ġo sitwazzjoni xejn sabiħa ġewwa d-dar tagħha. Hi titkellem dwar l-esperjenzi li għaddiet minnhom u kif kibret bħala persuna.
Sefora tgħid li minn dejjem xtaqet issir omm u l-familja għalija kienet xi ħaġa importanti mmens, tant hu hekk li saħansitra għamlet żmien taħdem mat-tfal, tfal li jkunu meħudin mill-ġenituri tagħhom minħabba problemi soċjali li dawn ikunu għaddejjin minnhom. Hi titkellem dwar l-awtiżmu u kif trabbi lil binha, kif ukoll dwar l-imħabba li biddlitilha ħajjitha u salvata.
Permezz ta' Kellymni se jkollhom iċ-ċans li ssiru tafu lil Sefora Aquilina minn lenti differenti u tapprezzaw kemm hi mara b'saħħitha.