Kellymni: Episodju 12 – Ben Camille

Ben Camille titkellem ma' Melanie Kelly fuq xogħlu, familtu, u l-esperjenza tiegħu bħala wieħed mill-produtturi ta' Love Island Malta.

66 minuta

Melanie Kelly titkellem ma' Ben Camille dwar ħajtu, l-industrija li jaħdem b'tant passjoni fiha u l-involviment tiegħu, f'waħda mill-akbar produzzjonijiet li qatt ra pajjiżna, Love Island Malta. Ben jitkellem ukoll dwar il-familja tiegħu li hi tant u tant għażiża, dwar it-tliet uliedu u jekk hu u Xtina jixtiequx aktar tfal. Ħa nsiru nafu lil Ben mill-qrib u ħafna ħa jirrealizzaw il-karattru mill-isbaħ li għandu, l-imħabba ġenwina lejn dawk ta' madwaru u wkoll niskopru ftit aktar dwar it-trobbija tiegħu.