Lesti ruħek għal avveniment li jimmarka tmiem is-sajf, bi vjaġġ mużikali bħal qatt qabel, hekk kif l-ewwel edizzjoni ta’ Aftersun Festival issib ruħha fuq il-kalendarju tal-avvenimenti tal-gżejjer Maltin, fis-17 ta’ Settembru 2025.
L-ewwel edizzjoni se jkollha bħala headliner l-aktar artist maħbub ta’ Malta, Robbie Williams, bl-artist numru wieħed attwali ta’ Malta, Aidan biex iqajjem l-atmosfera u l-artist elettroniku leġġendarju Gigi D’Agostino għall-after-party fuq il-Fosos.

Ritratt: Facebook / Robbie Williams
Dettalji tal-Avveniment:
- Aftersun Festival, flimkien ma’ Robbie Williams, Gigi D’Agostino u Aidan
- Data: L-Erbgħa 17 ta’ Settembru 2025
- Post: Il-Fosos tal-Furjana, Malta
Aftersun Festival se jgħaqqad spettakli ta’ klassi dinjija, mas-seħer uniku tal-Mediterran. Se jiġbor flimkien leġġendi globali u ikona lokali. Din l-ewwel edizzjoni twiegħed esperjenza indimentikabbli. Aftersun huwa mfassal biex iżomm dak il-mument sabiħ fejn is-sħana tisparixxi u jinħolqu memorji. Il-festival huwa mmirat biex ikun l-għeluq perfett tas-sajf, u l-organizzaturi qed jimmiraw li jilħqu din l-aspettattiva.

Ritratt: Facebook / Gigi D'Agostino
Minħabba d-domanda għolja mistennija, Aċċess Bikri għall-biljetti se jkun disponibbli fuq www.aftersun.mt minn nhar it-Tnejn 30 ta’ Ġunju f’nofsinhar sat-Tlieta 1 ta' Lulju fit-15:00.
Dawk li jirreġistraw ser jintbagħtu ‘Priority Link’ l-Erbgħa, 2 ta' Lulju 2025, fid-9:00, siegħa qabel ir-Rilaxx Ġenerali tal-Biljetti li se jsir nhar l-Erbgħa, 2 ta' Lulju 2025, fl-10:00, esklussivament fuq www.aftersun.mt.

Ritratt: Facebook / AIDAN
Dan il-festival se jkun opportunità għal Malta biex terġa’ tara t-talent u l-ispettaklu li hu Robbie Williams, għal darb’oħra, bi spettaklu live li jwiegħed li jkun notevoli. L-organizzaturi huma eċitati sabiex iġibu dan it-talent lura f’pajjiżna, flimkien ma’ Gigi D’Agostino, artist elettroniku ta’ status leġġendarju, u Aidan, stilla lokali li qiegħed jagħmel suċċess kbir fl-industrija.
Għal aktar informazzjoni, żuru s-sit uffiċjali fuq www.aftersun.mt, kif ukoll il-midja soċjali @aftersunfestival.