Il-Paġna tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza tħabbar il-preżentaturi ta’ dan il-Konkors. Dawn ser ikunu, Eileen Montesin, Christine Haber u Dylon Brignano.
Għoxrin kanzunetta jinsabu finalisti għall-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2025.Id-dettalji tas-serata finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza huma dawn: se ssir is-Sibt 13 ta' Settembru f' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta.
“Nintroduċu lill-preżentaturi tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2025 ... Żgur li mhumiex uċuħ ġodda fuq Net Television! Eileen Montesin, Christine Haber u Dylon Brignano.”
Eileen hija waħda mill-aktar personalitajiet maħbubin fuq it-televiżjoni Maltija, magħrufa għat-talent tagħha bħala attriċi u preżentatriċi. Christine hija preżentatriċi popolari magħrufa għall-karattru pożittiv u l-preżenza sabiħa fuq il-palk. Dylon huwa wiċċ fresk u dinamiku magħruf għall-enerġija tiegħu u l-mod kif jagħmel l-ispettaklu ħaj u divertenti. Huwa ħa sehem f’diversi programmi ta’ mużika u divertiment u qed jakkwista popolarità fost iż-żgħażagħ.