Il-paġna uffiċjali tal-Kunsill Lokali ta’ Bormla ħabbret ir-riżultat tal-ewwel fażi tal-Cospicua Short Play Festival.

Kitbu, “Ir-Riżultati Tal-Ewwel Fażi Tal-Cospicua Short Play Festival 2025. Il-membri tal-ġurija kienu Profs Marco Galea (kap tad-Dipartiment tat-Theatre Studies fl-Universita’ ta’ Malta), Marta Vella (attriċi, awtriċi u direttriċi bbażata f’Londra, u Direttur Artistiku ta’ Żigużajg Festival) u l-kittieb prolifiku Trevor Zahra.”

Żiedu jgħidu, “Filwaqt li nifirħu lill-awturi li l-kitba tagħhom ġiet magħżula, nirringrazzjaw lil dawk kollha li ssottomettew ix-xogħol tagħhom. Dawk li għaddew għall-fażi finali ser jiġu ikkuntatjati sabiex issir laqgħa inizjali għalihom. Din is-sena id-dati tal-Festival huma is-26 𝒖 𝒔-27 𝒕𝒂’ 𝑺𝒆𝒕𝒕𝒆𝒎𝒃𝒓𝒖. Aktar dettalji jitħabbru ‘l quddiem.”

Is-sitt produzzjonijiet f’ordni alfabetika huma

1 - Ċinn Ċinn, kitba ta’ Kim Woods.

2 – It-Turisti F’Bormla, kitba ta’ Andre Penza

3 – Kemm Sar Ħin San Valentin, tal-awtriċi Melise Mifsud Saliba

4 – Lampa Stampa, kitba ta’ Karl Andrew Micallef

5 – Rent A Friend, ta’ Luke Hess

6 – Tnax -Il Siegħa, kitba ta’ Renzo Bonello

 

Facebook / Bormla Local Council


Gabriella Borg