Tifel ta' disa' snin minn Brisbane għaddej minn trawma kerha u esperjenza li l-ebda tifel jew tifla ma jistħoqqilhom. Kuljum dan it-tifel qed jiġi bbuljat minħabba kundizzjoni magħrufa bħala achondroplasia dwarfism. 

Hi ta' dieqa kbira tisma' lil dan it-tifel jistqarr li "irrid mmut issa" minħabba erba' bla qalb u qas sens ta' umanità. Bosta personalitajiet maltin xerrdu l-filmat ta' dan it-tifel u anke wrew rabja u simpatija miegħu u mal-familja tiegħu li minjaf x'weġgħa għaddejjin minnha. 

Pamela Bezzina kitbet messaġġ mimli rabja u kliem li kellu bżonn iservi ta' tbeżbiża għal dawn il-bullies li huma kapaċi jitrattaw bniedem b'dan il-mod. Pamela tħoss li d-dinja għandha bżonn sens akbar u iktar qawwi ta' dixxiplina u kważi kważi hawn erba' għandhom bżonn ikunu jafu il-mod kif kienu jikkastigaw lil min ħaqqu żmien ilu.

Giorgia Borġ ukoll tinsab iddispjaċuta b'din l-aħbar. Tixtieq li din l-istorja tittieħed b'serjetà u turi t-tama li dan it-tifel jerġa' jibda joħroġ minn bieb 'il barra mingħajr biża'.

Saħansitra tafża lill-pubbliku li min jaf jew għandu xi tip ta' kuntatt ta' ommu, jgħaddilha l-informazzjoni għaliex tinsab lesta li tibgħatlu filmat biex turieh simpatija u tagħmillu kuraġġ.

Claire McCartin turi d-dieqa li qed tħoss waqt li tara din il-krudeltà madwarna. "Tassew nixtieq ngħannqu waħda kbira" tkompli Claire.

Hi sitwazzjoni tassew tal-biża'. Lkoll ninsabu b'qalbna maqsuma bilfors, però dan mhux biżżejjed. Hemm bżonn li nkomplu nxerrdu dan il-messaġġ u jekk hemm bżonn anke il-filmat innifsu biex wieħed jagħraf x'realtà kiefra qed ngħixu fiha. 


Kyle Zarb