Minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija li kienu fis-seħħ fi Frar li għadda l-Karnival kif nafuh kellu jiġi pospost għal dan il-weekend. Il-Karnival tan-Nadur Għawdex huwa wieħed maħbub mill-fanatiċi tal-karnival u issa l-Karnival Spontanju fin-Nadur irritorna wkoll wara nuqqas ta’ sentejn.

Dan il-Karnival joħodna lura fiż-żmien u wieħed ikun jista’ jara kif kien jiġi ċċelebrat il-Karnival fil-passat u kif wieħed kien iqisu bħala mezz ta’ divertiment. 

Fuq il-profil Nadur Għawdex ġew imxerrda diversi ritratti u filmati ta’ dan il-karnival li beda lbieraħ u se jibqa’ għaddej sa’ għada filgħaxija. Wieħed jista’ jara diversi mużiċisti jdoqqu strumenti differenti u joħolqu mużika tradizzjonali u b’dan ferrħu lil dawn in-nies li ogħġobom jattendu għal dan l-avveniment.

Facebook / Nadur Għawdex


Henzley  Bezzina