Żmien il-Milied veru li jġib miegħu jiem ta' ferħ, għaqda u ċelebrazzjoni. Madanakollu ma jfissirx li kulħadd qed igawdi dan iż-żmien kif jixtieq. Nicholas jiġbed l-attenzjoni biex nibżgħu għal xulxin u ma nweġġgħux b'għemilna jew kliemna.

"Xi ħadd li taf qed jipprepara għall-ewwel Milied mingħajr ir-raġel, il-mara, l-omm, il-missier, l-aħwa, il-bint jew l-iben. Oħrajn qed jippreparaw għall-aħħar."7

Nicholas jikteb li għal ħafna dawn il-festi jġibu magħhom swied il-qalb. Apparti minn hekk, jappella biex nirrispettaw lil xulxin u noqogħdu attenti li ma nkomplux niggravaw il-ġerħa ta' persuna f'dan il-Milied.

"Kun ġentili, kun ġeneruż, agħti l-imħabba, agħti l-għajnuna; jekk xejn, sempliċement tagħmilx lin-nies mumenti diffiċli." Prosit Nicholas. Xerrdu dan l-appell ġenwin u importantissimu!


Kyle Zarb