Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, Chris mill-paġna The Life Of Papa Chris Malta qasam mas-segwaċi tiegħu messaġġ dwar uliedu, jum wara li ħabbar li ntemmet ir-relazzjoni bejnu u bejn Noel.

Huwa beda billi qal, “x’ser jiġri mit-tfal? Xejn, il-ħajja trid tkompli. Dejjem ser nibqgħu nieħdu ħsiebhom bħala l-ġenituri tagħhom u nħobbuhom għal dejjem.”

Dan wara li lbieraħ ħabbar mas-segwaċi t-tibdil f’isem il-paġna li qabel konna nafuha bħala ‘Two Papas Malta.’ Hu qal, “jien Crhis. Mhux faċli għalija hekk kif il-paġna ‘Twopapasmalta’ kellha tispiċċa hekk. Mhux faċli għalija, u għandi bżonn il-ħin tiegħi biex infieq. Naf li ħafna min-nies kellhom il-paġna ‘twopapasmalta’ f’qalbhom, imma l-ħajja hekk, xi drabi tkun tajba u xi drabi jkollna ngħaddu minn żminijiet diffiċli. It-tfal ser jibqgħu dejjem magħna u xorta ser tibqgħu tarawhom fuq din il-paġna u fuq il-midja soċjali tagħna. Ser taraw avventuri ġodda fil-paġna The Life Of Papa Chris u ser nipprova nibqa’ nibni din il-paġna għall-aħjar. Nittama li tieħdu gost tarawna.”

Kuraġġ f’dawn iż-żminijiet!


Gwida.mt