It-tabib Frank Portelli tkellem fuq il-programm Campus Breakfast fuq Campus FM preżentat minn Antonella Galea Loffreda fejn hu spjega eżatt x'inhi d-differenza bejn riħ komuni u l-influwenza. Huma diversi nies li jitfixklu bejnietom. It-tabib Portelli jgħidu li għandhom affarijiet simili iżda huma tassew differenti minn xulxin.

Hu jgħid li d-differenza l-kbira hija li l-virus tar-riħ komuni ma jinżilx għas-sider, għax joqgħod fl-imnieħer. Huwa jgħid li hemm diversi viruses li jagħmlu r-riħ komuni iżda mhux neċċessarjament tkun l-influwenza. Hu jgħid li n-natura tgħaddilek sinjal li hemm xi ħaġa mhux f'postha b'wieħed minn dawn is-sinjali, uġigħ, nefħa, fjamazzjoni u deni.

Araw x'jgħid eżatt f'dan l-intervent telefoniku fuq ir-radju.


Emil Calleja Bayliss