Żgur li ħafna rrealizzaw li donnu din is-sena, is-sajf ma jridx jibda. It-temp ilu jħawwad u ma nistax naqbdu art x'temp għandna nistennew. Minn xita, għar-riħ. Ħafna kkummentaw li dan mhux it-temp li nistennew issoltu fix-xahar ta' Mejju, issoltu t-temp ikun sabiħ u dak li jkun jibda jinżel sal-baħar. Iżda din is-sena differenti minn snin oħra.

Jekk inqabblu biss ma' dak li sar is-sena l-oħra nindunaw il-qabża li kien hemm. Il-paġna It-Temp Madwarna jiktbu, "X'differenza tagħmel sena! 24 ta' Mejju, sena Ilu t-temperatura massima laħqet il-31.2°C 𝘫𝘦𝘸 6°C aktar mill-medja. Dis-sena t-temperatura massima laħqet biss il-21.8°C jew 4°C anqas mill-medja. It-temperaturi mistennija li jibqgħu anqas mill-medja anke fil-bidu ta' Ġunju 2023, filwaqt li l-arja wkoll se tibqa' instabbli f'xi jiem."

X'taħsbu dwar dan?


Emil Calleja Bayliss