Kulħadd xi darba jew oħra kellu xi persuna f'ħajtu li mqar bil-preżenza tagħha, għamlitlu ħajtu aħjar.  Kultant anke bi tbissima jew messaġġ fil-bidu tal-ġurnata, ikun ifisser ħafna għal dak li jkun, speċjalment jekk ikun għaddej minn żmien diffiċli. 

Il-psikologu Dr Nicholas Briffa kiteb dwar dawn in-nies fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook, "X'barka huma dawk in-nies li bla ma jkunu essaċ konxji jtejbulek ħajtek - għal dak ix-xahar, għal dak il-jum, għal dik is-sena, jew saħansitra sempliċiment għal dik il-minuta li fiha mxew b'mod paralleli miegħek. Ħajr lilhom ilkoll."

Min kienet l-ewwel persuna li ġietek f'moħħok inti u taqra dan kollu? Dik il-persuna jistħoqqilha tkun taf li ħsibt fiha!  Aqsam dan il-ħsieb magħha.


Marija Bellia