Fuq il-paġna tad-Dipartiment tal-Informazzjoni (Malta) tefgħu tabella forma ta' twissija għal iktar sigurtà meta jmorru u jiġu mill-iskola t-tfal. Dan japplika l-iżjed fejn jidħol it-trasportazzjoni.

Il-paġna twissi, "Meta twassal lit-tfal ħu ħsieb li twaqqafhom f'post sikur mingħajr ma tostakola t-triq. Oqgħod attent meta jkun hemm xi vetturi li qed iniżżlu t-tfal."

Apparti minn hekk twissi lis-sewwieqa għal iktar attenzjoni biex jirrispettaw il-ħinijiet tat-tfal sejrin u ħerġin mill-iskola. Importanti li waqt li twassal lit-tfal u tiġi biex tniżżilhom ma tostakolax it-toroq fl-ebda ħin.

Is-sewwieqa għandhom iżommu għajnejhom miftuħin għal karozzi tal-linja jew privates li jkunu qed itellgħu jew iniżżlu lit-tfal. Huwa importanti li ż-żoni għall-iskejjel fit-toroq (school zones) jiġu rrispettati.


Kyle Zarb