Il-produttriċi u attriċi Abigail Mallia titkellem dwar Love Island Malta u l-kummenti li qed jgħaddu diversi nies fil-konfront ta' Dale Mallia. Parteċipant li ġibed ħafna u ħafna attenzjoni minħabba l-karattru tiegħu.

Abigail tikteb, "Qed naqra tant affarijiet dwar Dale minn Love Island. Dan it-tifel huwa żgħir ħafna. Huwa kellu piż żejjed; is-snin tal-adoloxxenza żgur ma kienux mill-aktar faċli. Tista' timmaġina l-impatt emozzjonali ladarba din il-persuna toħroġ u taqra l-ammont ta' kummenti?"

Hi tgħid, "Biżżejjed biex tinfluenza lil xi ħadd għal żmien twil. Veru, li għażel li jkun fl-għajnejn tal-pubbliku kienet l-għażla tiegħu. Imma ħadd ma jirrealizza, lanqas in-nies li jittajpjaw wara t-tastiera, kemm jistgħu jmorru fil-profond l-insulti kollettivi."


Emil Calleja Bayliss