Ftit ilu l-paġna tagħna Gwida.mt ippubblikat filmat meħud minn mument partikolari tal-bieraħ waqt it-tieni staġun ta' Love Island Malta. Il-mument wara li Ylenia sfortunatament kellha tagħżel li telimina lil xi ħadd mit-tliet subien li ġabu l-inqas voti mill-pubbliku.

Ylenia dehret emozzjonata u ċertament ma xtaqitx li tispiċċa f'din is-sitwazzjoni tant antipatika. Shasha Fabri, omm wieħed mill-iktar islanders favoriti tal-Maltin, Sven, ikkummentat taħt il-filmat ta' Ylenia fejn xtaqet tesprimi kemm tammiraha.

Ylenia Grech

Ritratt: Facebook/ Love Island Malta

Skoprejna anke li Ylenia hi eks studenta ta' Shasha! "Tifla tal-ġenn inti Ylenia... minn dejjem kont... waħda mill-aqwa studenti tiegħi, bil-karattru u anki bħala makeup artist... Ibqa' soda aħna warajk," kitbet Shasha.

Shasha Fabri Gwida.mt

Ritratt: Shasha Fabri/ Gwida.mt

Facebook/ Shasha Fabri


Gwida.mt